Year 4, Year 5, Year 6

Yr 6 Esplora Inauguration

We, year 6 students, were lucky enough to be invited for the opening ceremony that was held last November at Esplora in Bighi. It was an enjoyable experience as we realized that science can be appealing and fun too. Here we were encouraged to touch, feel and use the exhibits in a hands-on approach. This was certainly one of the most interesting outings that we have even been too and we hope that we would have the opportunity to visit Esplora another time.

Yr5 – Id-dar ta’ Hansel u Gretel

 

 

 

Yr6 – Kartolini  u kannoli għal Jum l-Omm

Għall-okkazjoni ta’ Jum l-Omm, aħna t-tfal tas-sitt sena għamilna l-kannoli tal-irkotta flimkien ma’ kartolina. Biex għamilna l-kannoli kellna bżonn irkotta, trab taċ-ċikkulata, ftit ħalib, biċċiet taċ-ċikkulata u ftit trab taz-zokkor. Ħallatna kollox flimkien u imlejnihom. Kif kienu lesti tfajna fuqhom ftit trab taz-zokkor.

Il-kartolina għamilniha billi użajna tappijiet tas-sufra u billejnihom fiz-żebgħa. Żammejna kartonċina forma ta’ qalb fin-nofs tal-kartolina u bdejna nduru magħha bit-tappijiet tas-sufra biż-żebgħa. Ħalleniha tinxef u żejjiniha b’żigarella u kitba bil-glitters.

 

 

Yr5 – Pizza making at St James Cavalier

Yr6 – Żjara għall-wirjiet tal-Ġimgħa Mqaddsa

 

 

 

 

Yr6 -Lezzjoni tal-Matematika b’differenza!

Nhar l-10 ta’ Marzu, għamilna lezzjoni tal-matematika differenti min-normal għax tgħallimna nimxu fuq istruzzjonijiet u nużaw kejl differenti biex għamilna l-pastini. Użajna l-miżien biex naraw kemm għandna bżonn dqiq u zokkor kif ukoll kelna nużaw it-tazza tal-kejl biex nkejlu z-żejt. Kienet lezzjoni interessanti għax tgħallimna fil-prattika dwar millilitri u grammi. Kulħadd ħa sehem f’din il-lezzjoni u ma naqasx li kulħadd midd idu biex jiekol pastina!!

 

 

Yr5 u Yr6

Nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Frar kellna festival taż-żfin fil-Cottonera Sports complex. Bosta skejjel tellgħu diversi żifniet li kienu pprattikawhom fl-iskola tagħhom. Ħadna gost narawhom jiżfnuha quddiemna. Il-grupp ta’ tfal tal-iskola tagħna kienu mħarrġa mill-għalliem tal-edukazzjoni fiżika u żifnu ‘Crocodile Rock’. Kellna anke ċans li niżfnu u nagħmlu eżerċizzji fiżiċi kollha f’daqqa. Kienet ħarġa li ħadna gost fiha għax kienet allegruża u divertenti.

 

Yr6

Nhar 29 ta’ Frar, aħna t-tfal tas-sitt sena, morna ħarġa sal-impjant tar-riċiklaġġ f`Marsaskala. Meta wasalna bqajna fil-private u telgħet waħda mara biex tispjegalna kif jigi sseparat l-iskart. Dorna mal-impjant kollu fil-private u b’hekk  tgħallimna aktar xi jsir meta nisseparaw l-iskart. Wara morna nieħdu l-brejk tagħna fil-Family Park ta’ Wied il-Għajn. Hawnhekk ħadna gost nagħmlu xi eżerċizzji. Wara l-brejk dħalna ġo sala fejn rajna kif għandna nieħdu ħsieb l-ambjent u tgħallimna xi jsir mill-iskart li narmu. Aħna ħadna ħafna gost f’din il-ħarġa u fhimna kemm hu importanti li nisseparaw l-iskart!

Yr6

Nhar l-24 ta’ Frar, aħna t-tfal tas-sitt sena, għamilna wraps. It-tfal kollha setgħu jagħżlu li jagħmlu wrap tat-tigieg jew tat-tonn taz-zejt. Wara poġġejna t-taħlita tal-għażla tagħna fir-wraps u għalaqnihom. Ilkoll flimkien ħadna ħafna gost nagħmluhom u niekluhom!

12782159_1760771464144211_388714550_n 12782528_1760771434144214_411398378_n 12325429_1760771424144215_94209863_n 12516306_1760771480810876_516536648_n (1) 12788293_1760771454144212_1009908567_n

Yr6

Aħna, t-tfal tas–sitt sena sajjarna pizza l-iskola nhar il-Ħamis 25 ta’ Frar.Bdejna billi tfajna z-zalza fuq il-pizza base. Wara tfajna l-affarijiet li jogħġbuna fuq il-pizza base. Tfajniha fil-forn għal madwar kwarta u kif kienet lesta niżlitilna għasel! Aħna ħadna ħafna gost insajru l-pizza flimkien.