Activities

Basketball fl-Iskola

It-tfal tal-Yr5 din is-sena ħadu sehem fil-programm Basketball in Schools organizzat mil-Malta Basketball Association. It-tfal kellhom sessjonijiet ta’ Basketball fl-iskola stess. Tistgħu taraw iktar f’dan il-link:

 

http://mba.org.mt/cospicua-primary-basketball-in-schools/

 

Is-sbejħa fil-bosk

Bħala parti mill-attivitajiet għal-Jum iċ-Ċelebrazzjoni it-tfal tal-Yr4, Yr5 u Yr6 flimkien mal-għalliema u l-LSAs tagħhom u l-għalliema tal-mużika d-drama u l-arti tellgħu il-musical ‘Is-sbejħa fil-bosk’. Tistgħu taraw il-video hawn:

Storja Katina

L-iskola tagħna qed tipparteċipa fi Storja Katina. Storja Katina
huwa proġett maħluq mill-Kulleġġ Santa Margerita bil-għan li jinkiteb ktieb oriġinali bil-Malti. L-istudenti tar-raba’ sena tal-iskejjel primarji se jkollhom l-opportunita’ li jsiru awturi u disinjaturi tal-ktieb li se jiġi ppublikat permezz tal-fondi mogħtija mingħand Kreattiv.

F’dan il-link tistgħu taraw it-tfal tar-Raba’ Sena fl-iskola tagħna jaqraw il-kapitlu tal-istorja li kitbu huma stess:

https://storjakatina.wordpress.com/2016/03/01/it-tieni-kapitlu/

 

Nhar l-20 ta’ Jannar iċċelebrajna t-tberik tal-annimali fl-iskola tagħna. It-tfal kollha setgħu jġibu xi annimal li jrabbu fid-dar tagħhom. Kien hemm bosta annimali differenti fosthom klieb, fniek, għasafar u xi rettili żgħar oħra. Għal dan l-avveniment ġie l-arċipriet ta’ Bormla biex iberkilna l-annimali. Aħna ħadna gost f’dak il-jum!