Yr6 – Żjara għall-wirjiet tal-Ġimgħa Mqaddsa
Yr6 -Lezzjoni tal-Matematika b’differenza!
Nhar l-10 ta’ Marzu, għamilna lezzjoni tal-matematika differenti min-normal għax tgħallimna nimxu fuq istruzzjonijiet u nużaw kejl differenti biex għamilna l-pastini. Użajna l-miżien biex naraw kemm għandna bżonn dqiq u zokkor kif ukoll kelna nużaw it-tazza tal-kejl biex nkejlu z-żejt. Kienet lezzjoni interessanti għax tgħallimna fil-prattika dwar millilitri u grammi. Kulħadd ħa sehem f’din il-lezzjoni u ma naqasx li kulħadd midd idu biex jiekol pastina!!
Yr5 u Yr6
Nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Frar kellna festival taż-żfin fil-Cottonera Sports complex. Bosta skejjel tellgħu diversi żifniet li kienu pprattikawhom fl-iskola tagħhom. Ħadna gost narawhom jiżfnuha quddiemna. Il-grupp ta’ tfal tal-iskola tagħna kienu mħarrġa mill-għalliem tal-edukazzjoni fiżika u żifnu ‘Crocodile Rock’. Kellna anke ċans li niżfnu u nagħmlu eżerċizzji fiżiċi kollha f’daqqa. Kienet ħarġa li ħadna gost fiha għax kienet allegruża u divertenti.
Yr6
Nhar 29 ta’ Frar, aħna t-tfal tas-sitt sena, morna ħarġa sal-impjant tar-riċiklaġġ f`Marsaskala. Meta wasalna bqajna fil-private u telgħet waħda mara biex tispjegalna kif jigi sseparat l-iskart. Dorna mal-impjant kollu fil-private u b’hekk tgħallimna aktar xi jsir meta nisseparaw l-iskart. Wara morna nieħdu l-brejk tagħna fil-Family Park ta’ Wied il-Għajn. Hawnhekk ħadna gost nagħmlu xi eżerċizzji. Wara l-brejk dħalna ġo sala fejn rajna kif għandna nieħdu ħsieb l-ambjent u tgħallimna xi jsir mill-iskart li narmu. Aħna ħadna ħafna gost f’din il-ħarġa u fhimna kemm hu importanti li nisseparaw l-iskart!
Yr6
Nhar l-24 ta’ Frar, aħna t-tfal tas-sitt sena, għamilna wraps. It-tfal kollha setgħu jagħżlu li jagħmlu wrap tat-tigieg jew tat-tonn taz-zejt. Wara poġġejna t-taħlita tal-għażla tagħna fir-wraps u għalaqnihom. Ilkoll flimkien ħadna ħafna gost nagħmluhom u niekluhom!
Yr6
Aħna, t-tfal tas–sitt sena sajjarna pizza l-iskola nhar il-Ħamis 25 ta’ Frar.Bdejna billi tfajna z-zalza fuq il-pizza base. Wara tfajna l-affarijiet li jogħġbuna fuq il-pizza base. Tfajniha fil-forn għal madwar kwarta u kif kienet lesta niżlitilna għasel! Aħna ħadna ħafna gost insajru l-pizza flimkien.